F’Belgrad fis-Serbija ġurnata oħra mill-Kampjonati tad-Dinja indoor tal-atletika. Rekord tad-dinja fil-pole vault għal darb’ oħra minn Mondo Duplantis tal-Iżvezja li rnexxielu jaqbeż xejn anqas minn 6.20 metri Fil-finali tal-high jump l-attenzjoni fuq Gianmarco Tamberi tal-Italja rebbieħ tal-midalja tad-deheb f’Tokyo.
Tamberi ma ddiżappuntax minkejja li rebaħ il-midalja tal-bronż meta qabeż 2.31 metri iżda kien falla waħda aktar minn Gasch tal-Iżvizzera b’Kerr ta’ New Zealand jaqbeż l-istess daqs Tamberi. Il-finali mirbuħa u dominata minn Sang Hyeok Woo tal-Korea t’Isfel li qabeż 2.34 metri kienet wkoll il-finali ta’ solidarjeta mal-Ukraija minn Gianmarco Tamberi.
Filwaqt li fil-kampjonati qed jilbes il-maskra bil-kuluri tal-Ukrajna fuq id-driegħ xellugija poġġa l-bandiera Ukrajna flimlkien mal-ismijiet tal-atleti Ukreni Bohdan Bondarenko u Andry Protsenko li baqgħu Kiev biex jiddefendu lil pajjiżhom flok ma kkompetew fil-Kampjonat tad-Dinja.
//= $special ?>