Elezzjoni 2022 Lokali

“Nisfida lil Robert Abela biex jippubblika r-rapport li ġie ppreżentat lill-kummissarju tat-taxxa dwar il-valur tal-villa” – Bernard Grech

Il-Kap tal-PN Bernard Grech tkellem dwar il-villa li Robert Abela ddikjara li xtara 600,000 ewro li bil-permess li nħarġilha ġiet tiswa mill-inqas 2 miljun ewro.

Bernard Grech sfida lil Robert Abela biex jippubblika r-rapport li ġie ppreżentat lill-kummissarju tat-taxxa dwar il-valur ta’ din il-proprjeta. u jippubblika r-rapport tal-evalwazzjoni tal-perit tal-gvern li jikkonferma dan il-valur.