Rappurtati diversi każi ta’ anzjani bil-kundizzjoni tad-dimenzja li ttieħdu jivvotaw mingħajr ma nfurmaw lill-qraba
“Ommi bid-dimentia. L-anqas tagħrafni bħala binha.”
Hekk beda x-xandar Peppi Azzopardi permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, li ċertament mill-aktar perpless, spjega kif matul l-ewwel jum tal-early voting lil ommu ħarġuha mis-sala tad-dimenzja f’San Vinċenz, mingħajr il-kunsens tal-familja tagħha, u ħaduha tivvota.
Huwa insista li f’kull aspett u ħaġa li għandha x’taqsam ma’ ommu, il-familja dejjem tkun infurmata, iżda is-Sibt ħadd ma qalilhom b’xejn.
Peppi Azzopardi staqsa kif ommu, li ssofri minn dimenzja akuta, ħaduha tivvota mingħajr lanqas biss kienu infurmati l-qraba.
Dan ma kienx każ iżolat, hekk kif minn tal-inqas persuna oħra esprimiet id-dispjaċir tagħha li ommha, residenti San Vinċenz kif ukoll issofri mill-kundizzjoni tad-dimenzja, ħaduha tivvota.
Bosta saħqu li din hija inġustizzja kbira u prattika ħażina – filwaqt li staqsew kif il-mediċi li jieħdu ħsiebhom, u konxji mill-kundizzjoni li dawn il-persuni għandhom – ħallewhom jittieħdu sabiex imorru jivvutaw.
Dan filwaqt li diversi persuni staqsew, “Fejn huwa s-sewwa?”
//= $special ?>