L-aħħar Ħadd tal-Kampanja Elettorali, għall-Kap tal-PN Bernard Grech beda bi żjara qalb in-nies fil-Mellieħa.
Kliem pożittiv ferm għall-proposti li l-PN qed ikompli wassal b’mod partikolari dwar is-settur tal-kultura u l-isport. Dan ħareġ biċ-ċar l-aktar meta Bernard Grech żar diversi każini tal-banda fil-Mellieħa kif ukoll l-isports club tal-istess lokalità.
Il-Kap tal-PN iltaqa’ ma diversi artisti, sportivi, żgħażagħ u persuni minn kull qasam tas-soċjetà li kollha kellhom kliem ta’ tifħir għall-Kampanja pożittivi li qed imexxi Bernard Grech hekk kif issa deħlin għall-aħħar jiem li se jwasslu għall-votazzjoni tas-Sibt 26 ta’ Marzu.
Matul din iż-żjara, il-Kap tal-PN kellhom l-opportunità jiltaqa’ u japprezza l-ħidma ta’ diversi għaqdiet volontarji fejn issemmew il-proposti varji li l-PN għandu għal dan is-settur. Jakkumpanjaw lil Bernard Grech fil-Mellieħa kien hemm AnneMarie Grech u diversi kandidati tal-PN fuq it-12-il distrett.










