Ċifri ppublikati fl-aħħar sigħat juru li s’issa, aktar minn 100 kumpanija telqet minn pajjiżna wara li Malta ġiet greylisted mill-Financial Action Task Force (FATF). Dan iffiser li minn pajjiżna, sa mill-greylisting, telqu madwar 11-il kumpanija fix-xahar, li temmew kull relazzjoni, negozju u investiment f’pajjiżna.
Din l-informazzjoni kienet ippubblikata fuq is-sit tal-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji, minkejja li l-Ministru Clyde Caruana rrifjuta li jipprovdi tali informazzjoni lill-Parlament. Din ix-xejra negattiva ta’ kumpaniji jitilqu minn pajjiżna minflok jinvestu bdiet fl-2018, u filfatt f’Ottubru li għadda, stħarriġ ta’ EY żvela li l-attrazzjoni ta’ Malta għan-negozji laħqet l-iktar livelli baxx.
Apparti minn hekk, fl-aħħar xhur il-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-MFSA Joseph Gavin telaq ‘il barra minn intervista mat-Times of Malta minħabba li m’għoġbuħx il-mistoqsijiet. Wieħed tajjeb isemmi wkoll li l-eks Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, li llum jokkupa l-kariga ta’ Gvernatur tal-Bank Ċentrali b’salarju annwali ta’ €138,000 huwa membru tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MFSA.
Filfwaqt li l-lista l-ġriża qed timpatta lil pajjiżna b’mod negattiv, il-Gvern Laburista għadu ma tax ħjiel meta se nkunu qed noħorġu mill-greylist, Bernard Grech kompla jtenni l-wegħda tiegħu, li Gvern ġdid tal-PN se joħroġ lill pajjiżna minn din il-lista fi żmien tliet xhur.
//= $special ?>