BirdLife Malta ppreżentat 10 talbiet elettorali li lesta tiddiskuti mal-Gvern ġdid elett wara s-26 ta’ Marzu bit-tema “Naħdmu għal Futur Aħjar”.
Fid-dokument, BirdLife tispjega kif, bħala pajjiż ta’ 316-il kilometru kwadru u b’popolazzjoni ta’ ftit aktar minn nofs miljun persuna, il-gżejjer tagħna huma s-sitt l-aktar pajjiż f’densità ta’ popolazzjoni fid-dinja u l-ewwel fl-Ewropa. Dan filwaqt li hu l-aktar Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li għandu bini.
Għaldaqstant, BirdLife temmen li n-natura u l-biodiversità għandhom bżonn ikunu mħarsa b’mod konkret, filwaqt li ippjanar eċċellenti tal-ispazji miftuħa urbani u naturali hu kruċjali.
Spjegat li għax hi organizzazzjoni li kienet minn ta’ quddiem fit-teħid ta’ azzjoni f’dan il-qasam, iżda anke fil-lobbying u l-ħidma qawwija favur ippjanar kif suppost. konservazzjoni u protezjoni tal-wirt naturali, qed tippreżenta proposti biex, fost oħrajn, ikunu rrispettati zoni barra mill-iżvilupp kif ukoll biex il-politiċi jiffoka aktar fuq in-Natura.
BirdLife qed tappella għal aktar infurzar tal-Liġijiet u anke li jintemm l-insib tal-għasafar u l-kaċċa fir-rebbiegħa. Għaldaqstant, l-organizzazzjoni trid li jinħolqu zoni mingħajr kaċċa, filwaqt li fl-Iskejjel jiżdied it-tagħlim dwar in-Natura. Dan filwaqt li jinħolqu Riservi Naturali ġodda u jitħarsu aktar zoni bħal Kemmuna, anke b’aktar involviment tal-NGOs ambjentali.
//= $special ?>