Hekk kif fadal biss erbat ijiem biex tintemm il-kampanja elettorali, il-Partit Nazzjonalista għaldarbohra se jkun qiegħed qalb l-Għawdxin meta għada t-Tlieta se jkun organizzat Mass Rally fir-Rabat Għawdex.
Fost id-diskorsi li se jsiru, se jkun qed jindirizza dan ir-rally il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech. Filwaqt li qabel ir-rally jkun hemm muzika u diverstiment ghal kulhadd.
Intant, il-PN se jkun qed jorganizza wkoll it-trasport li jitlaq fl-3.45pm minn quddiem id-Dar Ċentrali għal dawk li jridu jattendu għal din ir-Rally f’Ghawdex.
Il-Hamis imbghad ikun imiss l-ahhar Mass Rally tal-kampanja…li se jigi organizzat fi-Pjazza San Gorg, il-Belt Valletta.
//= $special ?>