Tkompli l-kampanja tal-Partit Nazzjonalista Miegħek. Għal Malta.
Minn spazju miftuħ fis-Swieqi, il-Kap tal-PN Bernard Grech tkellem għaldarboħra dwar il-bżonn ta’ aktar spazji simili fil-lokalitjiet.
Huwa qal li l-PN diġà identifika spazju li hija tal-privat, li Gvern ġdid Nazzjonalista jixtriha biex isir spazju mħaddar għall-familji tal-lokalità sabiex ikollhom fejn iqattgħu il-ħin liberu tagħhom.
Bernard Grech tkellem ukoll dwar żvilupp sostenibbli u mhux żvilipp bla rażan. Hu tkellem dwar pjan li jkun ta’ ġid għall-kull persuna fil-komunità għax kulħadd għandu dritt għas-serenità.
Huwa propju għalhekk li hemm bżonn awtorità li verament tippjana l-ambjent.
Il-viżjoni tal-PN qed tagħti direzzjoni vera u konkreta f’dan il-qasam. Viżjoni li tagħtik opportunita li tgħix aħjar, li tkompli tinvesti.
Bernard Grech temm jgħid li l-PN huwa dak il-partit li għandu verament viżjoni għall-pajjiż u stieden lil dawk preżenti biex jingħaqdu miegħu għal għada aħjar għal Malta filwaqt li appella lil kulħadd biex nhar is-Sibt jagħżel futur isbaħ b’Partit Nazzjonalista fil-Gvern.
//= $special ?>