L-esperti militari tal-Punent jemmnu li l-belt ewlenija ta’ Odessa – li hi importanti ħafna minn lat strateġiku – għandha ‘tinkwadra bi prominenza’ fil-pjani tal-militar Russu matul il-jiem li ġejjin.
Dan meta fl-aħħar sigħat, il-qawwiet navali tar-Russja sparaw il-balal lejn xi bini residenzjali fil-periferiji ta’ Odessa.
L-indikazzjonijiet qed juru wkoll li r-Russi qegħdin ikomplu bl-attakki fuq ir-rotot għall-provvisti lill-Ukreni u l-bażijiet tal-ajru (fl-Ukrajna) qabel jistgħu jikkonċentraw bis-sħiħ fuq it-territorji li jridu jieħdu f’idejhom.
Għaldaqstant kollox qed juri li l-belt tal-port ta’ Odessa, fin-nofsinar tal-Ukrajna, għandha tkun mira prominenti għall-Armata Russa fil-jiem li ġejjin. Dan għaliex f’każ li din il-belt taqa’ lir-Russi, l-ekonomija tal-Ukrajna tispiċċa iżolata u maqtugħa mir-rotot kummerċjali mill-Baħar l-Iswed,
L-osservaturi jemmnu wkoll li l-Armata Russa kapaċi, fl-istess ħin, iżżomm pressjoni fuq Kiev ‘għaliex il-kapitali Ukrena qed isservi bħala ċ-ċentru jew sede tal-President Volodymyr Zelensky u l-Gvern tiegħu’.
//= $special ?>