Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: ‘Ir-Russja mhix taħseb bis-serjetà dwar il-paċi’

Il-konsulent ewlieni għall-President Ukren, Volodymyr Zelensky, qal li r-Russja ‘ma tistax tittieħed bis-serjetà meta titkellem dwar il-paċi’.

Alexander Rodnyansky qal, waqt intervista lill-BBC, li l-kummenti minn Moska ‘dwar il-paċi’ huma intenzjonati biss biex jaljenaw lill-Punent u biex il-pajjiżi jiddeterminaw li s-sanzjonijiet fuq il-Kremlin m’għadhomx neċessarji.

Fil-fatt, Rodnyansky tenna li Moska qed tipprova tqarraq bl-intenzjonijiet tagħha, bil-ħsieb li ddawwar l-attenzjoni tad-dinja ‘il hinn minn dak li qed iseħħ fil-kampijiet tal-battalja ( fl-Ukrajna).

Sadanittant, il-Gvern Ukren qal li ‘ma jagħmilx sens li pajjiż jitkellem dwar il-paċi waqt li, fl-istess ħin, ikun qed jibbumbardja lill-ibliet taċ-ċivili bl-aktar mod qalil.’