Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Maqtula waqt attakk fuq ċentru kummerċjali fi Kiev

Inqatlu talanqas għaxra meta l-missili tar-Russi niżlu fuq ċentru kummerċjali u r-residenzi ta’ madwaru fid-distrett ta’ Podilskyi, fil-kapitali Ukrena Kiev.

Sadanittant, is-Sindku ta’ Kiev, Vitali Klitschko, ħabbar curfew ġdid fil-kapitali bil-għan li jimminimizza kemm jista’ il-vittmi ċivili waqt l-attakki tar-Russi.

L-aħħar rapporti qalu li l-iskwadri għall-emerġenza Ukrena kienu qed jippruvaw jilħqu lin-nies li spiċċaw taħt il-munzelli tar-radam fis-sit tal-attakk u meta kienu qed jaqbdu diversi sulari ta’ bini ‘high rise’ fl-istess zona.

L-attakk wera li l-qawwiet Russi ta’ Vladimir Putin qed jirrankaw ‘il-kampanja ta’ terrur’ għall-poplu tal-Ukrajna bil-ħsieb li jkissru l-moral tad-difensuri fl-ibliet prinċipali fil-pajjiż.