“Il-Partit Nazzjonalista huwa l-unika partit li jista’ jagħti futur aħjar lil pajjiżna.”
Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista li se jikkontestaw fuq l-10 Distrett fl-Elezzjoni ta’ nhar is-Sibt.
Karol Aquilina spejga kif pajjiżna għandu bżonn bidla wara li fl-aħħar disa’ snin kien hemm aktar minn 150 każ ta’ korruzjoni. Aquilina qal kif il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jirranġa r-reputazzjoni ta’ pajjiżna, liema reputazzjoni tkissret fl-aħħar snin. Hu appella biex nibqgħu ninsatu sal-aħħar sekonda għal kull vot.
Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo għadda messaġġ ta’ kuraġġ u appella biex il-poplu Malti ma jkunx affettwat mis-surveys għaliex l-unika survey li jgħodd huwa dak ta’ nhar is-Sibt li ġej. Arrigo rringrazzja lill-poplu Malti għall-appoġġ waqt il-maratona ġbir ta’ fondi ta’ nhar is-Sibt li għadda.
Is-Sindku ta’ Ta’ Sliema, Graziella Attard Previ qalet kif il-Gvern Laburista qered l-10 Distrett, minħabba l-permessi bla rażan li ta biex jinbena bini f’kull lokalità. Hi semmiet ukoll il-problemi tal-istorbju u l-parkeġġ. Attard Previ semmiet il-proposti tal-PN fejn fost l-oħrajn se jkunu qed jnaqqsu l-problemi ambjentali u jindirizzaw il-problemi tal-10 distrett.
Graham Bencini, kandidat fuq dan id-distrett ukoll, qal li fl-aħħar disa’ snin pajjiżna spiċċaw fuq il-lista l-griża tal-FATF, il-lista s-sewda tal-Ingilterra u tar-Russja. Bencini qal li kien hemm aktar minn 100 kumpanija li ċedew il-liċenzja tagħhom kemm pajjiżna li ilu tpoġġa fil-lista l-griża tal-FATF. Graham Bencini qal kif minn naħa l-oħra l-PN qed jirpproponi 10 setturi ekonomiċi ġodda.
L-iżgħar kandidata f’din l-Elezzjoni Ġenerali, Eve Borg Bonello qal li tikkontesta din l-elezzjoni ma kinitx deċiżjoni faċli għaliha u kif il-kandidati kollhom huma lesti biex iservu lil pajjiżhom. Borg Bonello qalet li l-Partit Nazzjonalista qed jippreżenta bilanċ bejn kandidati ġodda u dawk ta’ esperjenza. Hi temmet tgħid kif il-politika tal-PN hija l-unika arma biex inbiddlu d-direzzjoni ta’ pajjiżna.
Is-Sindku ta’ San Ġiljan, Albert Buttigieg tkellem dwar il-problema tal-ambjent, problema li fl-10 distrett hija waħda serja hekk kif minkejja l-wegħdi li l-ambjent se jkun qed jingħata prijorità, il-Gvern Laburista gideb għaliex mela l-pajjiż kollu bini. Minn naħa l-oħra, l-Partit Nazzjonalista qed joffri proposti favur l-ambjent u se jkun verament qed ipoġġi l-ambjent fiċ-ċentru ta’ kull deċiżjoni tiegħu.
Joe Giglio tkellem dwar il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista hekk kif għandu l-aqwa viżjoni, permezz tal-proposta tal-għaxar setturi ekonomiċi ġodda. Giglio qal kif il-proposti tal-PN qed ifasslu l-ġejjin ta’ għada u huma proposti li jolqtu lil kulħadd. Joe Giglio qal kif il-legat tal-Partit Nazzjonlista se jkun wieħed li jagħmel il-ġid u li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-individwu. Hu temm jgħid kif kull wieħed u waħda minnha nhar is-Sibt għandu dover lejn il-futur ta’ pajjiżna u għalhekk l-għażla għandha tkun il-Partit Nazzjonalista.
Il-Kandidat Karl Gouder sellem lil persuni down syndrome, fil-jum iddedikat lilhom u ħeġġiġhom biex minkejja l-ostakoli kollha joħorġu u jagħmlu minn kollox għaliex id-dinja hija tagħhom ukoll u għandhom dritt bħal kulħadd li jseplorawha. Gouder qal kif għandna żewġ dmirijiet importanti sa nhar is-Sibt, dak li nikkonvinċu u dak li noħorġu nivvutaw għall-kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista. Karl Gouder żied jgħid kif il-Programm Elettorali tal-PN qed joffri tama ġdida għal kulħadd.
Emma Portelli Bonnici minn naħa tagħha indirizzat numru ta’ problemi li qed jaffaċjaw ir-residenti tal-10 distrett, fejn fost l-oħrajn hemm il-problema tan-nuqqas ta’ sigurtà u anke l-problema ambjentali. Portelli Bonnici qalet kif il-Partit Nazzjonalista fassal proposti li jinkoraġixxu liż-żgħażagħ jibqgħu f’pajjiżna, wara li fl-aħħar xhur sondaġġ wera li 70% taż-żgħażagħ iridu jħallu pajjiżna. Hi temmet b’messaġġ ta’ kuraġġ u appell biex kulħadd jiġbor il-vot tiegħu.
Il-President tal-Kunsill Ġenerali, Mark Anthony Sammut qal kif fl-aqwa żmien wegħda, tal-Partit Laburista ma kienx jistenna li ż-żgħażagħ isibuha diffiċli jixtru dar, kif anzjani ma jlaħħqux mal-ispejjeż tal-għoli tal-ħajja biex jixtru l-ikel u kif persuni jmorru jitkarrbu għand il-Ministru biex issirlhom operazzjoni. Sammut qal kif il-Partit Nazzjonalista mhux qed iwiegħed l-aqwa żmien iżda se jkun qed iwiegħed żmien u futur aħjar għall-pajjiżna, għaliex għandu l-aħjar viżjoni għal pajjiżna.
//= $special ?>