Fl-aħħar sigħat kellna żewġ vittmi oħra kaġun tal-Covid-19 dan hekk kif il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar tilfu ħajjithom żewġ t’irġiel wieħed ta’ 79 u l-ieħor ta’ 85 sena. L-ammont ta’ vittmi kaġun tal-imxija issa tela’ għal 624.
Bejn il-Ħadd u t-Tnejn instabu 251 każ ġdid tal-virus filwaqt li fiequ 66 persuna oħra. Dan ifisser li l-każi attivi issa jgħoddu 2,539.
Fl-Isptar Mater Dei l-ammont ta’ pazjenti huwa dak ta’ 54, b’persuna minnhom tinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
//= $special ?>