Iż-żgħażagħ huma l-preżent u mhux biss il-futur… ghalhekk il-Partit Nazzjonalista ghandu vizjoni li se toffri l-isbah opporutnitajiet ghalikom.
It-Tnejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech żar il-Higher fin-Naxxar kif ukoll l-MCAST fil-Mosta fejn kellu l-okkażjoni jiltaqa’ ma’ numru ta’ studenti li jattendu f’dawn l-iskejjel post sekondarji.
Bernard Grech fakkar kif l-edukazzjoni dejjem kienet prijorita għall-Partit Nazzjonalsita, fejn semma kif l-MCAST hija ħolma ta’ suċċess ta’ Gvern Nazzjonalista… iżda l-PN mhux se jieqaf hawn…. għaliex qed iwiegħed ukoll MCAST ġdid f’Għawdex.
Il-Kap tal-PN qal li fil-viżjoni li għandu għal dawn l-istudenti, irid jara li jkomplu jimirħu u jaslu fejn jixtiequ.
Kienu diversi l-istudenti li faħħru l-proposta li Gvern gdid Nazzjonalsita se jżid l-istipendju b’25%, kif ukoll żieda addizzjonal ta 25% lill-istudenti li jwettqu xogħol volontarju ma’ organizzazzjonijiet reġistrati, bħala rikonoxximent għall-kontribut tagħhom lis-soċjetà.
Il-Kap tal-PN fakkar ukoll fil-proposta tal-vawċer ta’ €500 liż-żgħażagħ ta’ bejn is-16 u l-21 sena għal ivvjaġġar sportiv jew kulturali, ħalli jwessgħu l-perspettiva sportiva u kulturali tagħhom, biex imbgħad jirriornaw lura f’pajjiżna biex jibnu l-futur tagħhom.
Jakkumpanjaw lil Bernard Grech matul din iż-żjara kien hemm il-mara tiegħu AnneMarie flimkien ma’ diversi kandidati tal-PN.