“Irrid li intom… il-familji, il-ħaddiema, il-konsumaturi, il-bejjiegħa… tgħixu ħajja aħjar… ħajja fejn tkunu tistgħu tippjanaw u tfasslu l-futur tagħkom u ta’ uliedkom… mingħajr ebda biża’ li mintomx se taslu.”
Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta t-Tnejn filgħodu żar il-monti tal-Mosta fejn kellu l-okkażjoni jiltaqa’ u jitkellem ma’ diversi Mostin kif ukoll numru ta’ bejjiegħa u xerrejja.
Bernard Grech kompla jwassal il-viżjoni li għandu l-Partit Nazzjonalista għal pajjiżna… viżjoni li tara li kulħadd jgħix ħajja dinjituża filwaqt li jkun hemm bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħin mal-familja.
Ma naqasx ukoll li dawk li tkellmu ma’ Bernard Grech urew it-tħassib tagħhom dwar l-għoli tal-ħajja… hekk kif kienu bosta dawk li saħqu li mhux qed ilaħħqu sal-aħħar tax-xaħar minħabba ż-żieda drastika fil-pezzijiet ta’ affarijiet bażiċi li wieħed ma jistax jgħaddi mingħajrhom.
Preżenti mal-Kap Bernard Grech kien hemm AnneMarie Grech kif ukoll numru ta’ kandidati li se jikkontestaw f’isem il-Partit Nazzjonalista fuq il-ħdax-il distrett elettorali.
//= $special ?>