Ajruplan taċ-China Eastern Airlines iġġarraf fir-reġjun muntanjuż ta’ Guangxi, f’inċident li seħħ kmieni dalgħodu. L-istazzjon tal-istat qed jirrapporta li l-ajruplan Boeing 737 iġġarraf waqt titjira minn Kunming lejn Guangzhou.
Jirriżulta li fuq l-ajruplan kien hemm 123 passiġġier abbord u 9 membri tal-ekwipaġġ.
S’issa għadu mhux ċar kemm salvaw nies jew jekk waslux il-membri tas-salvataġġ saz-zona fejn iġġarraf l-ajruplan.
Skont data ta’ FlightRadar24 data, it-tracking tat-titjira MU5735 intemm fis-2.22pm (6.22am GMT) f’għoli ta’ 3,225pied b’veloċità ta’ 376 knots. L-istess data turi li l-ajruplan tilef il-veloċita malajr wara s-2.20pm qabel ma qabad in-niżla b’saħħitha l-isfel.
Is-sit elettroniku taċ-China Eastern Airlines inqalbet għall-kuluri abjad u iswed ftit wara li seħħet din it-traġedja bħala sinjal ta’ rispett lejn il-vittmi.
