Elezzjoni 2022 Lokali

Kun magħna, għalik u għal Malta – Bernard Grech

“Kun magħna, għalik u għal Malta. Hemm bżonn li nagħtu risposta. Qed intuk l-opportunità li tagħżel futur aħjar għal pajjiżna.” – Dan kien il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta kie nqed jindirizza attività taħt it-tinda fil-Gżira bit-tema ‘Miegħek. Għal Malta’.

Fid-diskors tiegħu Bernard Grech appella biex il-poplu Malti u Għawdxi jżid l-isforzi tiegħu għaliex kull vot jgħodd. Hu saħaq fuq l-importanza li nibqgħu nipperswadu u nikkonvinċu permezz tal-persważjoni u mhux is-suppervja. Il-Kap tal-PN stqarr li hu hekk se jibqa’ jagħmel sal-10pm ta’ nhar is-Sibt li ġej u dak li qed jitlob minn kull waħda u wieħed minnha.

Il-Kap tal-PN saħaq li s-Sibt li ġej se nagħżlu l-futur ta’ pajjiżna, se nagħżlu lil min irridu li jmexxi lil dan il-pajjiżna. Hu saħaq li m’għandux dubju li l-poplu ser jipprova jagħżel l-aħjar. Bernard Grech saħaq li l-PN għandu l-aħjar viżjoni għall-pajjiż fosthom li twssalna biex nindirizzaw il-problemi kbar li għandu pajjiżna fost l-oħrajn fl-ambjent. Bernard Grech fakkar kif ‘fl-aqwa żmien’ żġur li ma jkollokx 70% taż-żgħażagħ li jkunu jridu jitilqu mill-pajjiż.

Matul id-diskors tiegħu, il-Kap tal-PN semma’ kif sirna nafu li Robert Abela għamel kuntratt għal villa ODZ ħamest ijiem wara li ħareġ il-permess li qatt ma messu ngħata. Villa li ddikjara li xtara 600,000 ewro li bil-permess li nħarġilha ġiet tiswa mill-inqas 2 miljun ewro.

Bernard Grech saħaq li għaddew 24 siegħa minn meta sfida lill-Prim Ministru biex jippublika r-rapport li ġie ppreżentat lill-Kummissarju tat-Taxxi dwar il-valur ta’ din il-propjetá. Il-Kap tal-PN spjega kif apparti t-28,000 ewro li Abela kien jieħu fix-xahar, s’issa nafu li gwadanja mal-miljun u nofs ewro f’żewġ deals. Bernard Grech saħaq kif din hi konferma ta’ kemm Robert Abela jaħseb biss fih innifsu.

Meta issa sirna nafu kif il-villa ta’ Abela, intużat ukoll għal persuni Russi li riedu jixtru iċ-ċittadinanza. “Mhux ta’ b’xejn ma riedx iwaqqaf il-bejgħ taċ-ċittadinanza lill-Oligarki Russi u mnalla kienet l-Unjoni Ewropea li ħadet deċiżjoni għalih”, stqarr Bernard Grech. Il-Kap tal-PN saħaq li l-Prim Ministru daħħal l-eluf u ffaċilità li tinkiser il-liġi li bħala Prim Ministru għandu d-dmir li jara li tiġi rispettata.

Bernard Grech fakkar kif fl-aħħar sigħat kellna wkoll il-konferma li Robert Abela huwa serial tax evader meta sirna nafu li l-eluf li daħħal Robert Abela mill-kirjiet fuq il-propjeta ma kienux iddikjarati fid-dikjarazzjonijiet tal-assi tiegħu jew fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxi. Il-Kap tal-PN staqsa, jekk hux għalhekk li irid iktar poter Robert Abela?