F’attività politika oħra bħala parti mill-kampanja Miegħek. Għal Malta, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech żar il-lokalità ta’ Ħ Attard.
Hawnhekk Bernard Grech tkellem dwar il-viżjoni tal-PN – viżjoni li hija msejsa fuq id-diskussjoni mal-persuni, mar-residenti fil-lokalitajiet differenti. Politika bbażata fuq ir-rieda li sservi u mhux li tisserva.
Huwa qal li ta’ bla dubju diffikultajiet jinqalgħu dejjem u rrefera għall-kunflitt fl-Ukrajna li qal li se jkun qed jeffettwana lkoll.
Bernard Grech qal li huwa għalhekk li nhar is-Sibt hemm bżonn li nagħżlu politika li toħloq il-ġid b’10 setturi ekonomiċi ġodda li jistgħu joħolqu aktar xogħol, se joħolqu kwalità ta’ ħajja aħjar.
Huwa qal li l-vot huwa ċ-ċavetta biex il-viżjoni li pprepara l-PN tkun tista’ titwettaq għalik u appella biex kulħadd jiġbor il-vot tiegħu u biex nhar is-Sibt jivvutaw għal Malta aħjar bi Gvern ġdid Nazzjonalista.
//= $special ?>