Numru ta’ referees u assistenti referees Maltin ġew ippreżentati bil-badges tal-FIFA fil-preżenza tal-President tal-MFA Bjorn Vassallo, il-viċi Presidenti Matthew Paris u Adrian Casha kif ukoll is-Segretarju Ġenerali Angelo Chetcuti.
L-erba’ referees li rċivew il-badge tal-FIFA huma Ishmael Barbara, Matthew DeGabriele, Philip Farrugia u Trustin Farrugia Cann. It-tmien assistenti referees li baqgħu bil-badge ta’ assistenti tal-FIFA huma Alan Camilleri, Christopher Francalanza, Luke Portelli, Mitchell Scerri, Edward Spiteri, Jurgen Spiteri, Duncan Sultana u Roberto Vella.
Flimkien ma’ dawn kienu Clint Cassar u Stephen Vella kienu ppreżentati bħala Referees tal-Futsal, filwaqt li Pierre Bonnici, Stefania Bonnici u Andrea Naudi kienu kkonfermati bħala Referees tal-FIFA tal-Beach Soccer.
Qabel il-bidu tal-preżentazzjoni il-President Bjorn Vassallo qal li l-prestazzjonijiet huma pożittivi fejn ta l-awgurju tiegħu lill-uffiċjali kollha għall-aħħar partiti qabel tmiem l-istaġun.
//= $special ?>