L-attakkant Arġentin ta’ Juventus Paolo Dybala mistenni jħalli lil Juventus fi tmiem l-istaġun wara li naqas milli joħloq ftehim mal-club. Fi tmiem l-istaġun Dybala se jkun mingħajr kuntratt u mistenni jħalli l-club fi trasferiment b’xejn.
L-offerta li Juventus preżentaw lil Dybala kienet ta’ madwar €6 miljun li kienu jinkludi serje ta’ ħlasijiet addizjonali li jtellgħu l-offerta’ għal madwar €10 miljun. Madanakollu, rapporti fl-Italja qed jindikaw li wara l-laqgħa li kien hemm aktar kmieni llum, iż-żewġ partijiet ma laħqux ftehim, b’Dybala mistenni jitlaq b’xejn fis-sajf li ġej.
Fost il-clubs interessati fl-attakkant Arġentin hemm ir-rivali ta’ Juventus, Inter, bis-CEO Giuseppe Marotta għandu relazzjoni mill-aqwa mal-eks player ta’ Palermo. Mill-Premier League Tottenham jinsabu fl-aħjar sitwazjoni biex jiksbu lil Dybala wara li d-direttur sportiv Fabio Paratici kellu relazzjoni tajba ma’ Dybala f’Turin.
//= $special ?>