L-Amerikan Taylor Fritz għeleb lil Rafael Nadal fil-finali tal-Indian Wells wara li rebaħ l-aħħar 20 partita tiegħu fl-2022. Hu għeleb lil Nadal bl-iskor ta’ 6-3 7-6.
Nadal deher li qed isofri minn problemi bin-nifs fejn sab ruħu 4-0 minn taħt qabel waqaf biex jirċievi l-għajnuna medika.
L-Ispanjol qal li kien diffiċli għalih biex jieħu n-nifs waqt il-partita fejn spiċċa biex għamel 34 unforced errors matul il-finali kontra Fritz.
B’din ir-rebħa Taylor Fritz sar l-ewwel Amerikan li rebaħ l-Indian Wells f’ 21 sena wara Andre Agassi fl-2001. Hu rnexxielu jsalva żewġ break points qabel rebaħ it-tieni titlu ATP tal-karriera tiegħu u l-ewwel titlu tiegħu fil-Masters 1000.
//= $special ?>