Id-dinja qiegħda tkompli tara xi tfisser ospitalità Russa, hekk kif il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna stqarr li fil-belt ta’ Kherson hemm madwar 300,000 persuna li jinsabu mingħajr aċċess kemm għall-ikel, kif ukoll għall-mediċina.
Il-belt ta’ Kherson ila okkupata mill-armata Russa kważi mill-bidu tal-gwerra fl-Ukrajna, madankollu minn ċentru għall-ekonomija Ukrena, din il-belt issa saret sempliċiment ċentru ta’ kriżi umanitarja. Dan hekk kif iċ-ċittadini ta’ Kherson kemm mhumiex qed jitħallew jirċievu għajnuna umanitarja, kif ukoll għadhom qegħdin jiġu kontinwament bbumbardjati mill-armata Russa.
Din il-kriżi umanitarja f’Kherson qiegħda tkompli żżid l-instabbilta fi ħdan il-belt, b’diversi videos minn ċittadini Ukreni juru l-armata Russa saħansitra tispara fuq demostranti Ukreni waqt protesti madwar Kherson.
Din l-informazzjoni qiegħda tkompli tivvalida t-tbassir ta’ diversi esperti militari u politiċi, meta stqarru li s-sitwazzjoni fl-Ukrajna qiegħda tkompli tigrava għall-armata Russa. Dan hekk kif l-armata Russa mhux talli mhiex qed jirnexxiela tkompli l-avvanz tagħha biex tieħu lill-Ukrajna, imma qiegħda saħansitra wkoll titlef il-kontroll fiż-żoni li diġa kisbet.
//= $special ?>