Żagħżugħ ta’ 13-il sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn vettura waqt li kien qed isuq rota l-bieraħ għall-ħabta tal-5pm fi Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li vettura misjuqa minn mara ta’ 25 sena residenti Ħaż-Żabbar tajret liż-żagħżugħ, residenti Ħal Luqa stess.
Huwa ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>