Din il-ġimgħa se ssir it-tmien edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fil-Kwadranglu tal-Università ta’ Malta… festival li hu meqjus bħala l-ikbar wieħed li qatt sar fl-aħħar snin hekk kif se jospita l-akbar numru ta’ pubblikaturi u bejjiegħa tal-kotba li qatt kellu. Wieħed jista’ jsib rumanzi, novelli, poeżiji, letteratura mhux fittizja, drama, xogħol tradott u letteratura għaż-żgħażagħ, kif ukoll kotba ta’ riċerka u Melitensia ppubblikati lokalment u internazzjonalment.
Kampus Kotba se jixħet dawl fuq żewġ rebbieħa tal-Premju tal-UE għal-Letteratura b’numru ta’ avvenimenti b’Lara Calleja u l-mistiedna internazzjonali tal-Festival Jan Carson. L-awtriċi Irlandiża hija rebbieħa ta’ premji letterarji ewlenin, fosthom bil-ktieb The Fire Starters u l-aktar xogħol riċenti tagħha The Raptures.
L-aħħar jum ta’ Kampus Kotba se joffri Palk Ħieles li se joffri spazju għal min irid jiġi u jesebixxi l-arti tiegħu bil-kelma.
Il-Festival se jkun mifrux bejn l-Erbgħa 23 u l-Ġimgħa 25 ta’ Marzu. Il-Festival hu organizzat b’ħidma ma’ pubblikaturi lokali, Dipartimenti Universitarji u għaqdiet studenteski, u jinkludi preżentazzjonijiet ta’ kotba, żjajjar il-librerija, diskussjonijiet tematiċi u intervisti bil-parteċipazzjoni ta’ kittieba u riċerkaturi lokali u internazzjonali.
//= $special ?>