Francesca Clark spikkat fil-Kampjonati Nazzjonali tal-Badminton fejn fil-finali tas-singles tan-nisa għelbet lil Michaela Ellul. Clark għalqet l-ewwel partita 21-8 biex fit-tieni logħba aċċertat mir-rebħa bi skor ta’ 21-13.
Fil-kategorija tal-irġiel kien imiss il-finali bejn Matthew Abela u Samuel Cassar bl-intervall jintemm 11-9, bl-ewwel partita tispiċċa 22-20 għal Matthew Abela. Samuel Cassar irkupra fit-tieni partita bi skor ta’ 21-13, b’Matthew Abela jassigura t-titlu b’rebħa ta’ 21-13 fit-tielet logħba.
Fil-kategorija tad-doubles Francesca Clark u Michaela Ellul lagħbu kontra Lauren u Sarah Azzopardi, bl-aħwa Azzopardi jirbħu l-ewwel partita bi skor ta’ 21-18. Fit-tieni logħba Clark u Ellul irkupraw bi skor ta’ 21-16, biex eventwalment kienu huma li rebħa t-titlu u t-tielet partita b’punteġġ ta’ 21-16.
Fid-doubles tal-irġiel Mark Abela u Samuel Cassar affrontaw lil Samuel Cali u Emerson Brundyn. Abela u Cassar rebħu l-ewwel partita b’punteġġ ta’ 21-17. Biex fit-tieni partita minkejja li kienet aktar kumbattuta, kienu huma li rebħu l-partita u t-titlu bi skor ta’ 21-12.
Fil-finali tal-mixed doubles Samuel Cassar u Francesca Clark iltaqgħu kontra Nigel Degaetano u Lauren Azzopardi. Cassar u Clark rebħu l-ewwel logħba 21-15, bl-istess tim jirbaħ l-partita bi skor ta’ 21-18.
//= $special ?>