Lokali

Il-BOV jikkontradixxi l-wegħda tal-Labour li tagħti d-dritt ta’ kont bankarju lin-negozji kollha

Il-Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta ħareġ kontra l-wegħda tal-Partit Laburista li tiggarantixxi lil kull negozju jkollu d-dritt li jiftaħ kont fil-bank.

Wara li fil-Manifest tal-Labour, Robert Abela wiegħed li kull kumpanija tingħatalha d-dritt li jkollha kont bankarju, Rick Hunkin qal illi li l-ebda kumpanija m’għandha d-dritt awtomatiku li jkollha kont bankarju.  Hu qal li l-bank ma jistax jerħi mir-restrizzjonijiet li jeżistu biex jissalvagwardja lilu nnifsu kontra riskji bla bżonn.

Id-diffikultà biex wieħed jibni relazzjoni bankarja hija realtà li qed tolqot lil ħafna negozjanti, speċjalment barranin, li qed jippruvaw jinvestu f’pajjiżna.

Dan anke fl-isfond ta’ ħafna avvenimenti u reati li xeħtu dellijiet koroh ferm fuq is-setturi finanzjarji u bankarji f’pajjiżna.