Il-Ministeru Ukren tad-Difiża qal li fl-invażjoni nqatlu aktar minn 15,300 suldati Russi – b’din iċ-ċifra trid tkun ikkonfermata mis-sorsi indipendenti.
Ir-Russja provdiet darba biss ċifra dwar it-telf ta’ truppi, b’Moska tindika li mietu ftit aktar minn 500 suldat Russu mit-2 ta’ Marzu ‘il hawn.
Dan waqt li l-Istati Uniti kkalkulat li nqatlu bejn 7,000 u 8,000 suldat Russu matul il-konflitt tal-Ukrajna.
Sadanittant, il-qawwiet tal-ajru Russu qegħdin jitilfu dejjem aktar tagħmir tal-gwerra u drones – bl-aħħar rapporti jirreferu ‘għat-twaqqigħ ta’ aktar ajruplani Russi fl-inħawi ta’ Kharkiv’.
//= $special ?>