Ġurnalista tal-Ukrajna nħelset mit-truppi tar-Russja wara li ċediet għall-pressjoni biex tfaħħar lill-militar Russu waqt stqarrija għall-media ta’ Moska.
Hi kienet imġiegħelha tagħmel ‘eloġju’ lill-militar ta’ Vladimir Putin ‘talli salvalha ħajjitha’ – bir-Russja qed jużaw il-kummenti tagħha bħala propaganda rħisa.
Il-media favur ir-Russja pubblikat il-filmat fejn il-ġurnalista – bl-isem Victoria Roschchyna – tinstama’ tgħid, fost oħrajn, li t-truppi Russi ‘anki trattawha tajjeb ferm fiż-żmien kollu li damet priġuniera.
Il-ġurnalista, wara li nħelset, baqgħet sejra lejn l-inħawi ta’ Zaporizhzhya, fix-xlokk tal-Ukrajna, biex tkompli tagħti s-servizzi dwar il-gwerra għal Hromadsk TV.
//= $special ?>