Mindu bdiet l-invażjoni tal-Ukrajna, il-qawwiet tal-President Zelensky qerdu aktar minn 500 tank tal-gwerra, minbarra ‘il fuq minn 1,500 vetturi armati oħra, flimkien ma’ ajruplani u helicopter gunships.
Dan meta t-truppi Ukreni qegħdin jużaw armamenti ‘state of the art’ ipprovduti lilhom mir-Renju Unit — bl-Ukrajna tirrikonoxxi ‘l-għajnuna imprezzabbli’ tal-Britanniċi biex tkun tista’ tiddefendi ruħha kontra għadu qalil.
Il-Gvern fi Kiev qed jgħid, intant, li ‘l-Ukrajna kollha tapprezza li r-Renju Unit kien l-ewwel pajjiż li pprovdielha l-armi effettivi għad-difiża kontra l-invażjoni’. Dan waqt li kelliema fil-kapitali Ukrena faħħru anki ‘il-kuraġġ u l-ispirtu tal-Britanniċi li huma kuntrast assolut għall-atteġġjament passiv ta’xi pajjiżi oħra fil-konfront tal-kriżi umana fl-Ukrajna’.
//= $special ?>