Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: “Qegħdin jisirqulna lit-tfal!”

“Qegħdin jisirqulna it-tfal”

Din hija id-dikjarazzjoni riċenti li ħarġet mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna. Dan hekk kif diversi rapporti qiegħdin juru li madwar 2,389-il tifel u tifla ġej misruq mill-ġenituri tagħhom fir-reġjuni ta’ Donetsk u Luhansk.

Dawn ir-reġjuni li r-Russja ddikjarat li qiegħda ‘tipproteġi’ waqt din l-invażvoni, jistaw jiġu kkunsidrati r-raġuni ewlenija għalfejn inizjalment bdiet l-invazjoni mill-armata Russa fuq l-Ukrajna.

Madankollu, dawn ir-reġjuni qiegħdin jagħtu stampa ċara lill-Ukrajna u lill-kumplament tad-dinja tal-Punent, xi tfisser ‘protezzjoni’ Russa, hekk kif diversi rapporti uwrew li madwar 2,389-il tifel u tifla ttieħdu minn ommom u missirijiethom u ntbagħtu r-Russja biex jiġu ‘proteġuti’ mill-invażvjoni li bdiet ir-Russja stess.