Il-militar Ukren, fl-aħħar sigħat ikkonferma li l-qawwiet tar-Russja ‘żiedu l-preżenza tal-ajruplani militari u l-helicopter gunships’ fl-ispazju tal-ajru tal-Ukrajna. Jidher li ż-żieda seħħet fi spazju ta’ ’24 siegħa’ u meta l-qawwiet Russi anki qegħdin jużaw aktar drones bħala element importanti għal supremazija mill-ajru.
L-aħħar żviluppi kienu mistennija jqanqlu sejħiet ġodda mill-Ukrajna biex l-Alleanza tan-NATO timponi ‘no-fly zone fuq l-Ukrajna’. Dan waqt li l-kelliema Ukreni qalu li r-Russi qed iżidu l-bombers u l-fighter-jets fl-inħawi li qegħdin jappoġġjaw il-bumbardamenti konsistenti fuq l-ibliet Ukreni.
L-attakki mill-ajru kontra l-Ukrajna qed jitqiesu bħala parti integrali tal-assedju mill-qawwiet tal-Kremlin li qegħdin jibbażaw ukoll fuq il-missili ballistiċi.
//= $special ?>