Id-dipartiment tal-intelliġenza Ukrena fir-Russja qiegħda kontinwament tirraporta li diversi miljunarji Russia qegħdin jippjanaw biex jneħħu lil Putin minn mexxej tar-Russja.
Id-Dipartiment tal-intelliġenza Ukrena kompla biex jgħid li l-għan ewlieni ta’ dan il-pjan mill-miljunarji Russi hu biex jitneħħa Putin minn President tar-Russja, titwaqqaf il-gwerra fl-Ukrajna u mill-ġdid terġa tinbena r-relazzjoni politika u ekonomika bejn id-dinja tal-Punent u r-Russja.
L-informazzjoni Ukrena tkompli biex tirrimarka li milli jidher id-Direttur għas-Sigurta Nazzjonali Russa Alexander Vasilyevich Bortnikov qiegħed jikkoordina ma’ diversi miljunarji Russi biex Putin jitneħħa minn mexxej tar-Russja.
Alexander Vasilyevich Bortnikov huwa parti mill-klikka ta’ dawk li jinsabu l-aktar qrib il-President Russu. Infatti Bornikov ilu jmexxi lill-FSB (Id-Dipartiment għas-Sigurta Nazzjonali Russa) mill-2008, hekk kif dan id-dipartiment ħa post l-eks dipartiment ta’ fama ħażina mill-Unjoni Sovjetika, il-KGB.
Bħalissa Bortnikov jifforma parti mill-grupp Russu bl-isem ‘Siloviki’ li jiġi tradott bħala l-grupp tal-‘irġiel b’saħħithom’ jew ‘il-forza tal-poplu’. Dan l-isem jingħata lil dawk l-individwi li minn karriera militari, issa jokkupaw diversi pożizzjonijiet politiċi fi ħdan il-Gvern Russu.
Milli jidher diversi miljunari Russi qegħdin jikkomunikaw ma’ Bortnikov, bl-għan li Putin jitneħħa mill-poter kemm jista jkun malajr. Dan hekk kif ta’ kuljum il-miljunarji Russi qegħdin jkomplu jitiflu ħafna mill-assi tagħhom minħabba s-sanzjonijiet ekonomiċi mposti fuqhom minn diversi pajjiżi tal-Punent.
Madankollu l-mistoqsija ta’ ‘min se jieħu post Putin?’ għada qed tidwi kemm fl-imħuħ tal-poplu Russu, kif ukoll ta’ dawk li jridu jneħħuħ mill-poter. Dan hekk kif aktar kmieni llum l-akbar kompetitur għall-Presidenza Russa Alexei Navalny ingħata sentenza ta’ 9 snin ħabz u multa ta’ madwar €10,500 fuq akkużi ta’ frodi u mġieba ħażina quddiem il-Qorti Russa.
Navalny kien diġa qiegħed jservi sentenza ta’ sentejn u nofs f’kamp tal-ħabs f’Lvant ta’ Moska minħabba akkużi ta’ ksur tal-parole.
//= $special ?>