Elezzjoni 2022 Għawdex Lokali Proposti

“Il-Partit Nazzjonalista għandu lil Għawdex fil-qofol tal-politika tiegħu” – Eman Borg

“Il-Partit Nazzjonalista għandu lil Għawdex fil-qofol tal-politika tiegħu.”

Dan kien il-messaġġ ewlieni ta’ Eman Borg waqt li kien qed jindirizza l-Mass Rally tal-Partit Nazzjonalista fir-Rabat Għawdex.

Borg semma kif fl-2004 ssawwret l-idea li pajjiżna jidħol fl-Unjoni Ewropea li fetħet opportunitajiet lil numru ta’ żgħażagħ Għawdxin u Maltin. Hu qal kif il-Partit Nazzjonalista huwa l-unika partit li qed juri nteress fiż-żagħżugħ u l-istduent Għawdxi bl-investiment ta’ biljun ewro, f’għaxar setturi ekonomiċi ġodda. Borg qal kif il-proposti li hemm fil-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista juru kif il-PN qed jifhem xi jrid Għawdex u l-Għawdxin, bi programm b’viżjoni fit-tul, sas-sena 2030.

Eman Borg saħaq li l-bieb tal-Partit Nazzjonalista huwa miftuħ għal kulħadd, persuni b’ideat u perspettivi differenti. “Il-PN se jkun qed jaħti direzzjoni ġdida, direzzjoni li jpoġġi lil Għawdex fil-qofol,” temm jgħid Eman Borg.