Elezzjoni 2022 Għawdex Lokali

“Il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista hija mibnija fuq Għawdex bħala gżira reġjun”

Il-Business B’Fast li sar f’Għawdex kien indirizzat ukoll mill-Kandidati li se jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali f’isem il-Partit Nazzjonalsita fuq it-tlettax-il distrett.

Il-Kandidat Alex Borg qal li matul l-aħħar snin il-PN ħadem sabiex joħoloq sett ta’ proposti li se jkunu qed iwassalu lil Għawdex fejn veramet jixraqlu…. fosthom proposti fuq il-konnettivita bejn iż-żewġ gżejjer. Huwa qal li t-turiżmu huwa l-mutur ekonomiku għal din il-gżira fejn Gvern Nazzjonalista jwiegħed li se jagtħi l-importanza kollha lil dan is-settur, fosthom li jkun hemm iktar diving sites. Partit li għandu viżjoni fit-tul għall-gżira Għawdxija.

Il-Kandidata Claudette Buttigieg saħqet li meta wieħed ikollu viżjoni huwa impoartanti li torbot ħolqa ma’ ħolqa… fejn l-edukazzjoni hija wada mill-iktar ħoloq importanti. Qalet li rridu nħarrġu lill-istudenti sabiex ikunu jistgħu jimirħu fl-għaxar setturi ekonomiċi ġodda. Gvern ġdid Nazzjonalista se jagħmel kampus ġdid għall-MCAST f’Għawdex u dan se jgħin sabiex iktar studenti jistgħu jkomplu jistudjaw f’Għadex stess.

Min-naħa tiegħu, Kevin Cutajar tkellem dwar kemm il-Partit Nazzjonaista jrid li Għawdex jkun gżira li tkompli tirnexxi u timxi ‘l quddiem fejn irid li jkun hemm investment speċjalment fis-settur edukattiv. Saħaq li l-PN se jkompli jinvesti f’eko Għawdex sabiex ikun ippriservat l-ambjent pittorsek li għandha din il-gżira.

Il-Kandidat Joe Ellis qal li l-proposti li qed iressaq il-Partit Nazzjonalista huma intiżi sabiex jittaffew l-isfidi li għandha din il-gżira. Huwa tkellem dwar l-istat diżastruż li jinsabu fih it-toroq f’Għawdex. Partit Nazzjonalista li jrid li tissaħħaħ iktar l-fergħa tal-Malta Enterprise f’Għawdex.

Il-Kandidat Chris Said qal li l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista hija mibnija fuq Għawdex bħala gżira reġjun. Huwa qal li wasal iż-żmien li jkun hemm kunsill reġjonali elett mill-Għawdxin bil-finanzi neċessarju biex ikun jista’ jaħdem. Huwa qali li d-deċiżjonijiet dwar Għawdex għandhom jittieħdu mill-Għaedxin stess. Chris Said qal li Gvern ġdid Nazzjonalista se jara li l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jingħata lura lill-Għawdin filwaqt li jibda l-bini ta’ sptar ġdid b’400 sodda.

Il-Kandidat Josephine Xuereb qalet li l-Partit Nazzjonalsita se jinvesti fi trattamenti innovattivi anke fil-Gżira Għawdxija. Hija tkellmet dwar kemm huwa importanti li terġa’ tibda topera l-heliped. Josephine Xurereb qalet li l-PN se jkuln qed iħares lejn is-saħħa ta-poplu kif ukoll lejn dak li jkunu għaddejjin minnu n-negozjanti anke wara dak li għaddew minnhom minħabba l-pandemija.