Formula 1 Sport

“L-għan ewlieni hu li nġib aktar bidla fil-Formula 1” – Lewis Hamilton

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Mercedes Lewis Hamilton qal li l-Formula 1 hi aktar sempliċiment minn li tirbaħ il-kampjonati hekk kif qed juża’ l-pjattaforma tiegħu biex jippromwovi d-diversita’. Għalkemm li Hamilton għadu ambizzjuż u se jkun qed jaħdem għat-tmien kampjonat tal-karriera, hu stqarr li fi żmien għaxar snin jixtieq li jara aktar nisa involuti fit-timijiet tal-Formula 1, fi rwoli differenti. Wara t-tmiem tal-istaġun li għadda, fejn Hamilton tilef il-kampjonat fl-aħħar dawra fil-Grand Prix ta’ Abu Dhabi, hu stqarr li kellu jieħu pass lura mill-media soċjali, fejn ħass li għandu jerġa’ jevalwa l-karriera u l-għan aħħari tiegħu fil-Formula 1.