Hekk kif ninsabu fl-eqqel tar-Randan, l-istudenti ta’ Saint Elias College flimkien mal-familji tagħhom, taw prodotti tal-ikel sabiex titħejja ikla għas-soup kitchen fil-Belt Valletta. Dan filwaqt li l-istudenti nfushom flimkien mal-għalliema tagħhom ippreparaw ikla għal madwar 100 persuna, fejn xi wħud mill-istudenti stess servew din l-ikla.
L-attività kienet organizzata miċ-chaplaincy tal-iskola flimkien mal-għalliema tal-Home Economics.
//= $special ?>