L-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA) qed titlob lill-Gvern biex kemm jista’ jkun malajr jitneħħew ir-restrizzjonijiet marbuta mal-ivjaġġar hekk kif in-negozji qed jiġu affetwati mhux ftit minn dan.
Il-President tal-MHRA, Tony Zahra qal fi stqarrija li l-ftit restrizzjonijiet li hemm fis-seħħ bħalissa mhumiex qed iwaqqfu l-imxija tal-Covid-19 iżda minflok qed joħolqu kumplikazzjonijiet żejda fl-operat tal-lukandi u r-ristoranti u ineffiċjenza tan-negozji f’pajjiżna.
L-MHRA qalet kif it-turisti qed ifittxu destinazzjonijiet siguri li ma jkunux restritti milli jipparteċipaw f’ċertu avvenimenti. Komplew li din is-sitwazzjoni qed taffetwa b’mod negattiv biex Malta tibda t-triq għall-irkupru wara d-daqqa li d-dinja ħadet kawża tal-pandemija.
//= $special ?>