Futbol Sport

Louis Van Gaal jikkritika bil-qawwa l-organizzazzjoni tat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar

Il-coach Olandiż Louis Van Gaal ikkritika bl-aħarx id-deċiżjoni li t-Tazza tad-Dinja tal-2022 issir fil-Qatar f’Diċembru li ġej. L-eks coach ta’ Man Utd u Ajax, qal li hi skuża assurda li l-FIFA organizzat il-Qatar biex tiżviluppa il-futbol f’dan il-pajjiż.

L-Olanda ikkwalifikaw bħala għat-Tazza tad-Dinja wara li rebħu Grupp G bi 23 punt. L-Olanda se jkunu qed jirritornaw fit-Tazza tad-Dinja wara li naqsu milli jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja tal-2018.

Van Gaal għamilha ċara li l-għan ewlieni biex tkun organizzata t-Tazza tad-Dinja f’dan il-pajjiż kien wieħed kummerċjali u monetarju.

Eluf ta’ ħaddiema barranin tilfu ħajjithom waqt l-organizzazzjoni u l-bini tal-istadiums f’dan il-pajjiż, fejn nkisru diversi drittijiet tal-bniedem fil-proċess.