Sport

Manchester United jiddominaw il-lista tal-players l-aktar imħallsa fil-Premier

Manchester United forsi ma jispiċċawx ma’ l-ewwel erbgħa tal-Premier League, iżda rapporti żvelaw li r-Red Devils jinsabu fuq quddiem fejn jidħlu l-aktar players imħallsa. Manchester United mhux qed ikollhom l-aqwa staġun fil-grawnd, u numri li għadhom kif ħarġu fuq kemm jaqilgħu mhux se jissodisfaw lill-partitarji tagħhom.

Skont ċifri ta’ L’Equipe, l-iskwadra ta’ Ralf Rangnick għandha erbgħa mill-ħames l-ogħla players li jaqilgħu flus fil-kampjonat Ingliż. Madankollu, bit-tim niżel fis-sitt post meta fadal biss disa’ logħbiet tal-istaġun, u b’sajf inċert, xi partitarji se jkunu qed jistaqsu dwar jekk l-iskwadra hux qed turi l-potenzjal tagħha.

Cristiano Ronaldo huwa, u mhux sorpriża, l-aktar player li jagħmel flus fil-Premier League. Madankollu, l-istilla Portugiża mhix l-uniku wieħed. Ronaldo jinsab fuq quddiem nett, bi qligħ ta’ £26.4 miljun fis-sena jew £2.2m fix-xahar skont in-numri ta’ L’Equipe, li jfisser li l-qligħ annwali tiegħu huwa ogħla mill-ħlas tat-trasferiment imħallas minn United li ġabu lura f’Old Trafford wara perjodu ma’ Juventus.

Il-player ta’ 37 sena dan l-aħħar skorja hat-trick fir-rebħa kontra Tottenham Hotspur, iżda l-gowls tiegħu matul l-istaġun, ma kinux biżżejjed biex jgħinu lil United jissfidaw għat-titlu. Il-wasla fis-sajf ta’ Jadon Sancho u Raphael Varane ukoll ifissru pagi għoljin, bil-winger tal-Ingilterra jinsab ir-raba’ bi qligħ annwali ta’ £18-il miljun, bl-eks difensur ta’ Real Madrid Varane fil-ħames post b’£15.6m fis-sena, jew £1.3m fix-xahar.

Sancho ma kellux bidu tal-istaġuni tajjeb, bil-manager tal-Ingilterra Gareth Southgate iħalli barra lill-ex-player ta’ Dortmund mill-iskwadra tiegħu għall-partit ta’ ħbiberija li se jsiru fil-jiem li ġejjin, filwaqt li l-injuries illimitaw lil Varane għal 24 dehra biss minn meta wasal minn Spanja.

Player ieħor li jinsab ukoll fuq il-kotba ta’ United, bil-qligħ annwali ta’ £19.2m huwa David de Gea li dan jinsab fuq il-podju fit-tielet post, bl-istilla ta’ Manchester City, l-Belġjan Kevin De Bruyne jaqbżu bi ftit fejn qed jaqla’ b’£20.4m fis-sena.