Dalgħodu, il-President tal-Ukrajna Vlodymyr Zelenskyy, reġa’ sejjaħ għal taħdidiet diretti mal-President tar-Russja Vladimir Putin, filwaqt li saħaq li huwa lest li jilħaq kompromess dwar l-offerta tal-Ukrajna li tissieħeb fin-NATO .. ġaladarba jieqaf il-ġlied bejn iż-żewġ pajjiżi, it-truppi Russi jirrtiraw mill-Ukrajna u jkollu garanziji ta’ sigurtà.
Dan l-izvilupp sehh fl-istess waqt li l-President tal-Istati Uniti Joe Biden qed jghid li Vladimir Putin issa jinsab dahru mal-hajt. U wissa li r-Russi mhu se jiddejqu xejn jirrikoru ghal tattici estermi – bhall-uzu ta’ armi kimici.
Minn mindu faqqgħet il-Gwerra fl-Ukrajna, 117-il tifel u tifla mietu filwaqt li, 155 oħra ndarbu. L-akbar numru ta’ diżgrazzji seħħew fil-kapitali Kyiv, u l-ibliet ta’ Kharkiv u f’Chernihiv.
//= $special ?>