Sport Sport Ieħor

Rafael Nadal barra mill-azzjoni għal sitt ġimgħat

(Ritratt: EPA)

It-tennista Rafael Nadal mistenni jdum sitt ġimgħat barra mill-azzjoni wara li sofra ksur fil-kustilja fir-rebħa fuq Carlos Alcatraz fis-semi finali tal-Indian Wells. Nadal kellu problema bin-nifs fit-telfa li sofra kontra l-Amerikan Taylor Fritz fil-finali aktar tard il-Ħadd.

Nadal mistenni jitlef żewġ avvenimenti f’Monte Carlo u Barcelona, fejn se jkun dubjuż ukoll għar-Roland Garros f’Pariġi, li jibda fit-22 ta’ Mejju. Nadal rebaħ ir-Roland Garros għal rekord 13-il darba, fejn f’post fuq il-media soċjali qal li kellu jirrikori għal għajnuna medika fil-finali.

It-telfa tiegħu kontra Fritz kienet l-ewwel telfa tiegħu din is-sena wara serje ta’ 20 rebħa konsekuttiva.