Sport Waterpolo

San Ġiljan jirritornaw għar-rebħ … Valletta jsaħħu posthom fil-quċċata tal-Ewwel Diviżjoni

Rapport: Stewart Said

EXILES……………………………………………… 6

SAN ĠILJAN MERCURY TOWERS….. 15

(2-4), (0-3), (1-5), (3-3)

San Ġiljan Mercury Towers irritornaw għar-rebħ wara t-telfa kontra Sliema s-Sibt li għadda. Għajr l-ewwel mumenti tal-logħba, San Ġiljan ikkontrollaw mingħajr diffikultà, bir-ritorn ta’ Andreas Galea u Jake Bonavia swew mhux ftit lit-tim ta’ Dorian Pisani. Għal Exiles, nieqes il-kowċ Aurelien Cousin u l-captain Timmy Sullivan.

Exiles wieġbu darbtejn permezz ta’ Nicky Paris u Mark Fenech iżda meta Matthew Zammit u Andreas għamlu l-iskor 4-2, il-logħba kellha triq waħda. San Ġiljan saħansitra skorjaw tlieta mingħajr risposta fit-tieni sessjoni b’gowls ta’ Peter Borg, Matthew Zammit u Jake Bonavia għal vantaġġ komdu ta’ 7-2.

Ir-reazzjoni ta’ Exiles baqgħet ma waslitx u San Ġiljan ħadu l-opportunità biex aċċertaw mit-tliet punti. It-tim immexxi lbieraħ minn Dejan Ilic, tal-anqas rebaħ l-aħħar sessjoni, bil-kowċ ta’ San Ġiljan Dorian Pisani jieħu l-opportunità biex jagħmel ir-rotazzjoni fit-tim.

Exiles: M. Castillo, N. Saliba, S. Apap, P. Paris, L. Gialanze, S. Xerri de Caro, M. Fenech (1), K. Griscti, N. Paris (3), J. Bajada (1), M. Aquilina (1), D. Fenech, G. Borg, L. Pursehouse, M. Martellacci

San Ġiljan: J. Tanti, P. Borg (2), A. Galea (1), D. Fero, R. Caruana, M. Zammit (4), M. Ortoleva, D. Tully, J. Bonavia (5), N. Zammit (1), Da. Zammit, N. Schiavone (1), G. Vassallo, F. Scardino (1), I. Grech

Referees: Massimo Angileri, Alex de Raffaele

BARRACUDAS…………… 6

VALLETTA IZIBET………. 17

(1-4), (1-5), (2-6), (2-2)

Valletta kkonsolidaw posthom fil-quċċata tal-Ewwel Diviżjoni b’rebħa netta kontra Barracudas. F’din it-tieni fażi, Valletta bdew b’sitt punti wara li nżammew ir-rebħiet fil-konfronti kontra Ta’ Xbiex u Otters, timijiet li kienu magħhom fil-grupp tal-fażi preliminari.

It-tim ta’ Joe Cremona qatt ma tilef il-vantaġġ wara li Michele Mifsud u Kyle Cremona fetħu vantaġġ doppju. Il-vantaġġ kompla jikber gradwalment u nqatgħu minn mal-avversarji fit-tieni sessjoni. Luca Felice, Daniel Paolella, Tristan Said, Stephen Micallef u Andrea Agius kollha skorjaw gowl kull wieħed biex kabbru l-vantaġġ għal 9-2.

Michele Mifsud skorja doppjetta fit-tielet sessjoni hekk kif Valletta komplew ikabbru r-rebħa tagħhom, bid-distakk jikber għal 11-il gowl. Barracudas irnexxielhom tal-anqas jillimitaw id-danni fl-aħħar sessjoni.

Barracudas: C. Bugeja, A. Piccione (1), A. Magri (1), P. Micallef, J. Bugeja (1), R. Sciortino (2), D. Ciantar (1), N. Camenzuli, D. Camilleri, S. Camilleri, A. Mifsud, T.J. Mifsud, L. Abela

Valletta: B. Busuttil, N. Farrugia, M. Pace (1), O. Zammit (1), Z. Micallef (1), T. Said (1), D. Paolella (1), M. Mifsud (3), S. Micallef (3), A. Agius (2), J. Culic, K. Cremona (1), A. Bugeja, L. Felice (3)

Referees: Peter Balzan, Ronnie Spiteri

Kampjonat Premier

                             L       R       D       T       F       K       Pti

Sliema                  2        2        0        0        22      8        6

San Ġiljan             3        2        0        1        33      18      6

Neptunes             2        1        1        0        24      17      4

Birżebbuġa          2        1        1        0        22      20      4

Exiles                    3        0        0        3        17      35      0

Sirens                   2        0        0        2        7        27      0

L-Ewwel Diviżjoni

                             L       R       D       T       F       K       Pti

Valletta                3        3        0        0        45      17      9

Marsaskala          1        1        0        0        21      4        3

Ta’ Xbiex             2        0        1        1        19      24      1

Otters                   2        0        1        1        14      26      1

Barracudas           2        0        0        2        10      38      0