Illum għall-ħabta tad-9:00am, mara ta’ 32 sena residenti Ħal Qormi sofriet minn ġrieħi gravi wara inċident bejn mutur u vettura fi Triq il-Wied, l-Imsida.
Fuq il-post marru membri tal-Pulizija fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Peugeot Django misjuq mill-mara ta’ 32 sena u Toyota Vitz, misjuqa minn mara oħra ta’ 42 sena residenti Ħ’Attard.
Is-sewwieqa tal-mutur ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li kellha ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>