Internazzjonali

Tkompli tikkrolla l-propoganda Russa

Wara 27 ġurnata ta’ invażjoni Russa fl-Ukrajna, l-Gvern Russu mhux talli qiegħed jkompli jfalli biex jikseb il-kontroll tal-Ukrajna iżda qiegħed jfalli wkoll biex jkompli l-manipulazzjoni politika tiegħu fuq il-poplu Russu.

Infatti lbierah filgħaxija l-korrispondent għall-Kremlin Alexander Gamov iddikjara pubblikament li l-Gvern ta’ Putin qiegħed kontinwament jigdeb lill-poplu Russu bl-ammont ta’ fatalitajiet militari li sofriet l-armata Russa waqt l-invażjoni tagħha fl-Ukrajna.

Infatti sal-bieraħ filgħaxija l-Gvern Russu idikjara li s’issa mietu biss 498-il suldat Russu waqt ‘l-operazzjoni speċjali’ li bħalissa għaddejja fl-Ukrajna. Dan l-ammont huwa bil-kontra ta’ dak li qegħdin jirrapurtaw diversi sorsi mill-Ukrajna fejn qegħdin jgħidu li nqatlu madwar 15,300 suldat Russu.