Jinsabu fl-aqwa tagħhom it-tħejjijiet għall-Mass Rally tal-Partit Nazzjonalista fil-Belt Valletta – rally li bih tilħaq il-qofol tagħha l-kampanja elettorali li mexxa Bernard Grech f’dawn l-aħħar ġimgħat.
Kienet kampanja elettorali mimlija enerġija u pożittività, fejn jum wara l-ieħor Bernard Grech iltaqa’ man-nies u spjega l-Viżjoni li għandu l-PN għal pajjiżna.
Il-Massa Rally se jsir fi Pjazza San Ġorġ, u jibda fis-6pm.
Qabel, ikun hemm mużika u divertiment bis-sehem ta’ katanti u Djs mistiedna.
L-istennija imbgħad għad-diskors importanti li se jwaqqal il-Kap tal-PN Bernard Grech mill-Belt Valletta, u li bih tagħlaq il-kampanja elettorali – għalkemm fuq Net TV, ix-xandiriet jibqgħu għaddejin sa nofsillejl.


