Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Il-Polonja tkeċċi 45 diplomati Russi

Ritratt: Bloomberg

Il-Polonja deċidiet li tkeċċi 45 diplomat Russu fuq suspett li kienu involuti fi spjunaġġ kontra l-interessi tal-Pollakki. Id-diplomati huma suspettati bħala ‘spjuni’ jew ‘assoċjati tal-ispjuni’, bil-Polonja tinsab attenta għall-iżviluppi waqt l-invażjoni tal-Ukrajna li mistennija jħallu riperkussjonijiet sinifikanti għall-Ewropa tal-Lvant kollha.

Kelliem għas-servizzi sigrieti Pollakki qal li wieħed mid-diplomati Russi kien identifikat waqt l-investigazzjoni ta’ ċittadin Pollakk li allegatament kien qed jaħdem bħala spjun għal Moska u li nżamm taħt arrest.

Intant, l-Ambaxxatur Russu għall-Polonja, Sergey Andreyev ċaħad għal dawn l-allegazzjonijiet.

L-analisti jemmnu li l-Polonja, wara għexiern ta’ snin ta’ paċi, kapaċi tispiċċa mill-ġdid mira għall-qawwiet tar-Russja f’każ li l-Kremlin jirbaħ il-gwerra tiegħu fl-Ukrajna.