Għalkemm qed jitilfu dejjem aktar suldati u tankijiet tal-gwerra,, il-qawwiet Russi komplew xorta bil-bumbardamenti kontinwi fuq il-belt ta’ Mariupol li spiċċat ridotta f’baħar ta’ tifrik.
Dan waqt li l-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li għad fadal mal-100,000 ċivili li ma jistgħux joħorġu mill-inħawi ta’ Mariupol u li qed ibatu minn ‘kundizzjonijiet inumani’.
Zelensky żvela wkoll li l-qawwiet Russi, fl-aħħar sigħat, ħatfu konvoj li kien qed iwassal l-għajnuna – fil-forma ta’ ikel u affarijiet oħra bażiċi – liċ-ċivili Ukreni.
Dan meta t-truppi tal-Kremlin qed iżommu priġunier lil numru ta’ ħaddiema Ukreni li jirrispondu għall-emerġenzi umani.
//= $special ?>