Fl-aħħar sigħat kellna żewġ vittmi oħra kaġun tal-Covid-19 dan hekk kif il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar tilfu ħajjithom żewġ t’irġiel oħra; wieħed ta’ 87 u l-ieħor ta’ 93 sena. L-ammont ta’ vittmi kaġun tal-imxija issa tela’ għal 626.
Bejn it-Tlieta u l-Erbgħa, f’pajjiżna ġew irreġistrati 375 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fl-istess ħin fiequ 127 persuna oħra. B’hekk il-każi attivi issa huma 2,969.
Fl-aħħar ħin il-Ministeru tas-saħħa ħabbar ukoll illi fl-Isptar Mater Dei bħalissa hemm 63 pazjent pożittiv għall-virus, b’ wieħed minnhom jinsab ft-Taqsima tal-Kura Intensiva.
//= $special ?>