Ambjent Ekonomija Elezzjoni 2022 Lokali Proposti 2022 Transport

Il-PN se jġib €42 biljun lejn pajjiżna u se joħloq 32,500 impjieg ġdid

“Nixtieqlek futur aħjar, opportunità li taħdem, taqla’ l-flus, tgħix u tgawdi lill-għeżież tiegħek. Mhux biżżejjed li l-pajjiż jimxi ‘l quddiem, irrid li inti timxi ‘l quddiem.” – Dan kien il-messaġġ tal-Kap tal-PN Bernard Grech waqt dibattitu ma’ Robert Abela. L-ewwel dibattitu fuq ix-xandir nazzjonali fl-aħħar sentejn, li Robert Abela ma kellux l-għażla li jaħrab minnu.

Dibattitu ta’ aktar minn siegħa li fih, filwaqt li Robert Abela kompla jigdeb u jbeżżgħa, minn naħa tiegħu Bernard Grech kompla, bl-aktar mod pożittiv, iwassal u jispjega l-viżjoni tiegħu għal Malta. Bernard Grech tkellem b’konvinzjoni dwar il-Programm Elettorali tal-PN. Programm b’viżjoni, bil-costings dettaljati, miktuba u ppublikati, li “bihom nafu fejn irridu ninvestu u nafu fejn irridu nieħdu lil dan il-pajjiż.”

Bernard Grech saħaq li filwaqt li l-Partit Laburista daħħal lil pajjiżna fil-greylist, il-PN se jerġa’ jtejjeb ir-reputazzjoni tagħna, iżda mhux biss. Gvern ġdid tal-PN se jġib €42 biljun lejn pajjiżna u se joħloq 32,500 impjieg ġdid, permezz tat-tkabbir ekonomiku li jasal mill-10 setturi ekonomiċi ġodda.

Il-Kap tal-PN spjega kif l-għażla fis-26 ta’ Marzu hija bejn xi ħadd li jibża’ mill-verità u xi ħadd li jwieġeb għal kull domanda. Bejn Robert Abela li jbeżżgħa u Bernard Grech li għandu fiduċja u konvinzjoni li flimkien nistgħu nagħmlu pajjiż aħjar. Hawnhekk, Bernard Grech kompla, bl-aktar mod ċar jispjega l-ammont kbir kbir ta’ proposti konkreti li għandu għal Malta u Għawdex, li bihom, kulħadd ser jgħix kwalità ta’ ħajja aħjar. Proposti li jżommu l-persuna fiċ-ċentru tal-politka.

Għas-settur tas-saħħa, Bernard Grech spjega kif Gvern immexxi minnu jwaqqaf id-deal tal-isptarijiet ma’ Steward, jibni sptar ġdid f’Għawdex, sptar ġdid għas-saħħa mentali f’Malta, jagħti l-kura tal-IVF kollha b’xejn, tabib għall-anzjani b’xejn, titnaqqas il-waiting list, aktar mediċini b’xejn fuq il-formolarju tal-Gvern u jagħti bonuses għall-frontliners.

Għall-anzjani, Gvern ġdid tal-PN iżid il-pensjonijiet u jwaqqaf l-inġustizzji fil-makkaniżmi.

Għall-Ambjent, open spaces f’kull lokalità, tiżdied l-art ODZ u l-iżvilupp ikun wieħed sostenibbli. Tingħata għotja ta’ 6,000 fis-sena lill-familji biex jagħmlu titjib fl-effiċjenza tal-enerġija fid-djar tagħhom.

Għat-traffiku, sistema ta’ Trackles Tram, spiża inqas mill-metro, iktar effiċjenza u jkun salvagwardjat l-ambjent.

Għall-għoli tal-ħajja, il-PN jipproponi fond ta’ 40 miljun Ewro lin-negozji biex iżommu l-prezzijiet stabbli. Iwaqqaf is-serq mit-taxxi, iwaqqaf is-serq mill-kontijiet, u jagħti l-flus misruqa kollha lura lill-Maltin u l-Għawdxin. U ċ-ċekkijiet tar-rivużjoni jibqgħu jingħataw.

Dan filwaqt li wiegħed li t-taxxa għan-negozji ser tinżel għal 15%, ikun aċċertat level playing field, ma tiżdied ebda taxxa tul il-leġiżlatura kollha.

Bernard Grech saħaq li PN fil-Gvern ser joffri s-serħan tal-moħħ fejn jidħol il-ġid komuni u kwalità tal-ħajja.