F’sentenza pjuttost anomala, il-Qorti Kostituzzjonali ta’ pajjiżna qalet li m’għandhiex ġurisdizzjoni biex tisma’ r-rikors miftuħ mill-Partit Nazzjonalista.
Ilbieraħ il-PN ippreżenta rikors u fetaħ mandat ta’ inibizzjoni fil-konfront tal-Kummissjoni Elettorali dwar voti li ntefgħu fl-elezzjoni bikrija fil-ħabs ta’ Kordin.
Iżda f’seduta li saret illum waranofsinhar, il-Qorti qalet li ma tistax tiddeċiedi dwar dan il-każ.
Esperti legali qed jiddeskrivu din id-deċiżjoni bħala waħda restrittiva ferm u li tfisser li mhemm xejn li jirregola lill-Kummissjoni Elettorali f’każi simili ta’ votanti li mhumiex eliġibbli.
//= $special ?>